Tikka Banda flimkien ma’ Rita Pace b’avventura ġdida u umoristika fil-festival tal-Għanja tal-Poplu 2022. Għalkemm il-bidu ta’ Tikka Banda huwa msejjes fuq nofs ċajta bejn erbat iħbieb, hemm diversi messaġġi sottili li rridu nwasslulkom permezz tal-kanzunetta Mhux biċ-Ċajt!


Int ġieli mort xi btala tropikali li permezz tagħha spiċċajt fil-ġurnali? Fuq lirika tal-awtriċi Rita Pace, insibu messaġġ fin fin u umoristiku dwar l-istil ta’ ħajja li qed ngħixu llum, mwaħda ma’ diversi realtajiet li jsawru lil Malta fil-preżent. Min jaf kemm kanen blajna f’affarijiet li m’aħniex apprezzati għalihom!


Il-mużika ta’ din il-kanzunetta miktuba minn Luke Vella tagħti ħajja lil-lirika fuq stil tas-snin tletin. F’din il-kanzunetta, l-element tradizzjonali tal-banda jingħaqad mal-istil popolari li jagħti bixra differenti lil Tikka Banda.


X’messaġġi taħsbu li rridu nwasslu permezz ta’ din il-kanzunetta? Biex taqtgħu il-kurżità segwu dan is-sit għal iktar informazzjoni u narawkom fit-30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal!